Similaritajiet bejn il-hijack u każ li seħħ fl-1992 | One News

Notifiki

Similaritajiet bejn il-hijack u każ li seħħ fl-1992

24 sena ilhu fil-Libja seħħet diżgrazzja tal-avjazzjoni li ħalliet żewġ Maltin mejta.

Kien wara l-mewt tal-Kurunell Gadaffi li dan il-każ kien ħa żvolta oħra hekk kif skond l-aħwa Antonella u Glenn, ulied wieħed mill-vittmi, bdew jirċievu informazzjoni ġdida dwar dan il-każ li rapporti dwaru baqgħu mistura għal diversi snin.

Il-Każ tal-ħtif tal-ajruplan ta’ ftit jiem ilu qanqal memorji koroh għal din il-familja. Dan minħabba ammont ta’ similaritajiet bejn iż-żewġ każi fosthom iż-żewġ linji tal-ajru kienu Libjani, t-tnejn kienu titjira interna fil-Libja u t-tnejn ġraw kważi fl-istess jiem, wieħed fit-22 ta’ Diċembru tal-1992 u l-ieħor fit-23 ta’ Diċembru tal-2016.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend