Il-Polonja tixtri pittura ta’ da Vinci u kollezzjoni famuża għal prezz miżeru – One News

Notifiki

Il-Polonja tixtri pittura ta’ da Vinci u kollezzjoni famuża għal prezz miżeru

Il-Gvern Pollakk għadu kif xtarha kollezzjoni tal-arti famuża, li tinkludi pittura rari ta’ Leonardo da Vinci, għal ftit meta kkumparat kemm verament tiswa.

Il-kollezzjoni bl-isem ta’ The Czartoryski ġie mibjugħa għal prezz miżeru ta’ €100 miljun minkejja li l-istima inizjali ta’ kemm verament kienet tiswa kienet ta’ €2 biljuni.

Kollezzjoni li tinkludi xogħol minn ta’ Rembrandt u Renoir u kif ukoll il-pittura famuża ta’ da Vinci ‘Lady with an Ermine.”

Il-kap tal-familja Czartorysky, li kienet is-sid ta’ din il-kollezzjoni, qalet li kienet “donazzjoni”, iżda l-bord tal-fondazzjoni rriżenja bi protesta.

Il-bord li jmexxi l-Fondazzjoni Czartoryski qal li ma ġiex ikkonsultat dwar dan il-bejgħ, li ġie nnegozzjat bejn il-Ministru tal-Kultura tal-Polonja u Adam Karol Czartoryski, dixxendent tal-Prinċipessa Izabela Czartoryska, li bdiet il-kollezzjoni fl-1802.

Adam Karol Czartoryski qal li hu kien qed jimxi fuq il-passi ta’ familtu, fejn minn dejjem kienu jaħdmu favur il-Polonja.

Il-kollezzjoni għandha madwar 86,000 artefact u kif ukoll madwar 250,000 manuskritti u kotba. Bosta biċċiet minn din il-kollezzoni se jkunu qed jintwerew fil-Mużew Nazzjonali fi Krakow.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend