"Għala m'għandek QATT tħalli lit-tfal fil-karozza" | One News

Notifiki

“Għala m’għandek QATT tħalli lit-tfal fil-karozza”

Dalgħodu żewġ karozzi ħadu n-nar il-Mosta.

Bint is-sid ta’ waħda mill-karozzi spjegatilna li l-karozza ta’ ommha kienet ipparkjata, meta waqfet ħdejha karozza oħra li ħadet in-nar hi u tinstaq. In-nirien inxterdu, b’konsgwenza li ż-żewġ karozzi spiċċaw ħadu n-nar.

B’dieqa qalet li ommha għadha kemm ġabet il-karozza, lanqas ilha ħames xhur għandha. Jidher ukoll li l-karozza l-oħra kellha madwar ħames snin biss.

Il-bint, li hija omm ta’ żewġ ulied, ħasset li għandha tagħmel appell importanti: “Qatt tħallu lit-tfal fil-karozza, anke jekk sempliċement għandek qadja żgħira x’tagħmel”.

Spjegat li mhux l-ewwel darba li t-tfal jitħallew f’karozzi li jissakkru, biex it-tfal żgur ma joħorġux fil-periklu tat-triq.

Li ma nirrealizzawx ħafna drabi huwa li l-periklu tat-triq jaf jilħaqhom xorta.

Ħsieb li jkexkek imma li żgur iservi ta’ tagħlima.

f2

karozzi

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend