L-aħħar kliem tal-pilota Russu…jingħad li kien f’paniku – One News

Notifiki

L-aħħar kliem tal-pilota Russu…jingħad li kien f’paniku

Ir-recorder tal-ajruplan Russu li waqa’ fil-baħar l-iswed jindika li kienet ħsara fil-flaps tal-ajruplan li wassal fit-tiġrif tal-ajruplan nhar il-Ħadd li għadda, dan skond x’qed jingħad mill-awtoritajiet Russi.

Skond il-midja Russa, dawn il-flaps li jinsabu fuq il-gwienaħ tal-ajruplan ma bdewx jimxu flimkien, u dan wassal biex il-piloti ma setawx iżommu l-kontroll tal-ajruplan kif suppost.

F’wieħed mir-recordings, wieħed mill-piloti jinstema’ jgħid “The flaps, hell… !” , b’dawn il-kliem ikunu l-aħħar kliem imlissna qabel ma l-ajruplan għereq.

Dan l-ajruplan iġġarraf viċin il-kosta Russa, bit-92 passiġġier u l–membri tal-ekwipaġġ kollha jmutu.

Fuq l-ajruplan kien hemm 64 membru mill-assembleja mużikali tal-militar li kienu fi triqthom lejn is-Sirja biex ifferħu lill-persuni evakwati minn Aleppo

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend