Jekk trid tara membri parlamentari jiġġieldu, għada mur il-grawnd, mhux il-Parlament – One News

Notifiki

Jekk trid tara membri parlamentari jiġġieldu, għada mur il-grawnd, mhux il-Parlament

Għada l-Ħamis, 29 ta’ Diċembru fil-grawnd ta’ San Alwiġi f’Birkirkara se jsir it-TACKLE 4 DTP – turnew tal-football b’risq id-Dar tal-Providenza.

Fih se jieħdu sehem tmien timijiet magħmula minn Saċerdoti, Politiċi, ħaddiema ta’ Radju RTK, ħaddiema ta’ San Vinċenz De Paule, membri tal-Malta Developers’ Association, tal-Union Ħaddiema Magħqudin, tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin u tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.

Kick-off huwa fit-15:30 mill-Vigarju Generali, Mons Joe Galea Curmi u mill-Whips taż-żewġ partiti fil-Parlament, Dr Godfrey Farrugia u David Agius.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend