Esperti Maltin se jitħarrġu b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru – One News

Notifiki

Esperti Maltin se jitħarrġu b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru

Dak li ġara jumejn qabel il-Milied seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar. F’każ li jseħħ xi forma ta’ inċident bl-ajru f’territorju Malti, jeħtieġ li esperti jkun mħarrġa, kemm għal dak il-ħin kif ukoll għal waqt l-investigazzjonijiet.

Intlaħaq ftehim bejn entità Maltija li twettaq ħidma b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru, u entità simili Ingliża. Il-Maltese Bureau of Air Accident Investigation (BAAI) iffirmat ftehim mal-Air Accidents Invegstigation Branch fi ħdan id-Dipartiment tat-trasport fir-Renju Unit.

L-għan hu li ż-żewġ entitajiet jikkoperaw b’rabta ma’ inċidenti bl-ajru u l-investigazzjonijiet li jseħħu wara. Flimkien se jaqsmu esperjenzi u metodi f’diversi aspetti tekniċi. Se jiddiskutu l-użu ta’ għodda adattata u t-tip ta’ riċerka li qed issir u li teħtieġ issir.

Il-Maltin se jkunu jistgħu jitgħallmu mill-esperjenza tal-Ingliżi billi jkunu osservaturi meta dawn ikunu għaddejjin bil-ħidma tagħhhom. Barra minn hekk se jaqsmu l-ħsibijiet fuq standards Ewropej u Internazzjonali.

Fi kliem il-kaptan Frank Zammit, se jiżdied l-għarfien u l-livell tal-esperti biex tkun żgurata s-sigurtà fis-settur tal-avjazzjoni. Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li din hija parti mill-viżjoni Maltija favur it-tisħiħ tas-sigurtà f’dan il-qasam.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend