Milied ‘il bogħod mill-familja – One News

Notifiki

Milied ‘il bogħod mill-familja

Il-Milied, għandu tifsira differenti għal kull wieħed u waħda minnha. Għal xi wħud ifisser ikla mal-familjari, għal oħrajn iġib memorji koroh jekk ikunu tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom f’dan iż-żmien filwaqt li għal oħrajn ifisser aktar ħidma u xogħol.

Dan il-filmat jitfa’ dawl fuq il-ħidma tal-Pulizija, li filwaqt li nkunu qed nieħdu gost ma’ sħabna huma jkunu fit-toroq Maltin u Għawdxin biex jassiguraw li kull wieħed u waħda minnha jirritorna d-dar qawwi u sħiħ.

Xi kultant forsi ninsew napprezzaw il-ħidma tal-uffiċjali tal-Pulizija, li huma ta’ servizz għalina. Il-filmat juri dik l-omm u dak il-missier li minkejja jkunu jixtiequ li jkunu preżenti meta t-tifel jew tifla tagħhom isibu r-rigal tal-father christmas jew biex iqattgħu din il-ġurnata ta’ għaqda magħhom ikollom joħorġu għal ġurnata xogħol.

Flimkien mal-Pulizija, nsibu ħaddiema oħra li fi żmien il-festi jkunu xogħol u lil dawn ngħidulhom grazzi u l-festi t-tajba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend