Tieħu lill-fenek fuq il-vjaġġi magħha – One News

Notifiki

Tieħu lill-fenek fuq il-vjaġġi magħha

M’hemm xejn isbaħ li tmur fuq vjaġġi sbieħ madwar id-dinja, iżda kemm hu isbaħ li tkun fenek bl-isem ta’ Sir Quincey, hekk kif dan il-fenek qed jesperjenza postijiet mhux tas-soltu flimkien ma’ sidu.

Tfajla, li aktarx hi mill-Alaska, sabet l-akbar ħabib li wara ftit paċenzja rnexxiela tgħallem lill-fenek jimxi biċ-ċinga u minn dakinhar bdiet tieħdu fuq vjaġġi magħha madwar il-lokal.

Minn ritratti ppubblikati onlajn, jidher li kull persuna li kellhom il-fortuna li jsegwihom, jibda jgħir għal dan il-fenek ċkejken u għall-esperjenzi li qed jgħaddi minnhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend