Tal-ambaxxata Amerikana f'Tokyo b'mossi verament mhux tas-soltu – trid tara biex temmen | One News

Notifiki

Tal-ambaxxata Amerikana f’Tokyo b’mossi verament mhux tas-soltu – trid tara biex temmen

Dan huwa każ ta’ politiċi li vera daħlu fl-ispirtu tal-Milied – forsi xi ftit iżżejjed!

Ħaddiema tal-ambaxxata Amerikana f’Tokyo nġabru biex jagħtu wirja tal-hekk imsejjħa Koi Dance, ċioe żifna tal-imħabba. Din hija żifna li kisbet popolarità kbira għaliex żifnuha waqt programm televiżiv Ġappuniż segwit immens.

Dik li tidher fil-bidu u fir-ritratt ta’ fuq hija Carolyn Bouvier-Kennedy, l-ambaxxatriċi Amerikana għall-Ġappun u bint l-eks President Amerikan John F. Kennedy. Dawk li hemm jiżfnu magħha huma wħud mill-ogħla uffiċjali.

Ftit mumenti biss wara li tela’ online, dan il-filmat kellu aktar minn 2.8 miljun persuna li ratu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend