Ragel ta’ 25 sena residenti ż-Żejtun ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li kien involut f’incident tat-traffiku.
L-impatt seħħ bejn vettura tat-tip Suzuki Swift li kienet misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Isla u mutur tat-tip Kawasaki Ninja, misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti ż-Żejtun.
L-incident seħħ għall-ħabta tal-3:45 ta’ wara nofsinhar fi triq Garibaldi, f’Ħal Luqa.
Ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi