Qabad jgħajjar lil Ivanka Trump fuq l-ajruplan – spiċċa mkeċċi | One News

Notifiki

Qabad jgħajjar lil Ivanka Trump fuq l-ajruplan – spiċċa mkeċċi

Passiġġier kustinjuż spiċċa mkeċċi minn titjijra wara li kkonfronta lil Ivanka Trump, bint il-kbira tal-President elett Donald Trump, waqt titjijra minn New York.

“Missierek qed jirrovina l-pajjiż” għajjat ir-raġel meta l-ajruplan kien qed ilesti għal takeoff mill-ajruport JFK fi New York.

Qed jingħad f’uħud mill-ġurnali internazzjonali li r-raġel huwa avukat minn Brooklyn bl-isem ta’ Dan Goldstein, li kien qed jivjaġġa flimkien mar-raġel tiegħu. Qed ikun irrapportat ukoll li beda jinsisti jkun jaf għaliex Ivanka Trump ma kinitx qed tivjaġġa b’ajruplan privat.

Dawk li kienu preżenti qalu li Ivanka Trump injorat lir-raġel u bdiet tipprova taljena lit-tfal bil-ġugarelli.

JetBlue airlines qalu li ddeċidew li jkeċċu lill-passiġġier minn fuq it-titjijra u din hija deċiżjoni li ma jieħduhiex kif ġib u laħaq. Madanakollu ddeċidew li l-passiġġier kien se joħloq kunflitt u li s-sitwazzjoi setgħat tiggrava, allura kien aħjar li jmur.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend