MIA: L-iskeda se tkun qed tirritorna lura għan-normal sa tmiem il-ġurnata | One News

Notifiki

MIA: L-iskeda se tkun qed tirritorna lura għan-normal sa tmiem il-ġurnata

Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta xtaq javża lill-passiġġieri li l-operazzjonijiet fl-ajruport qed jirritornaw lura għan-normal u l-iskeda se tkun qed tirritorna lura bis-sħieħ sa tmiemtal-ġurnata.

L-istqarrija tgħid li as-6:00 ta’ filgħaxija, tliet titjiriet li kienu se jitilqu mill-ajruport se jibqgħu miżmuma milli jtiru u bħala reazzjoni għal dak li ġara aktar kmieni llum, seba’ titjiriet huma mistennija li jaslu aktar tard tul dan il-lejl.

L-MIA qalu kif l-ajrudrom ingħalaq għal madwar tlettin minuta u minħabba f’hekk ġew affetwati 44 titjira.

L-ajruport skuża ruħu għal kull inkonvenjenza filwaqt li rringrazzja lit-timijiet tal-emerġenza għal mod ta’ kif irreġixxew fl-avveniment li seħħ illum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend