KIENU SE JATTAKKAW MELBOURNE – One News

Notifiki

KIENU SE JATTAKKAW MELBOURNE

 

Tlett irġiel minn ħamsa ġew akkużati quddiem il-Qorti li ħejjew plan ta’ attakk terroristiku li kellu jsir f’Melbourne fil-jum tal-Milied.

Abdullah Chaarani, ta’ 26 sena, Hamza Abbas, ta 21 sena, u Ahmed Mohamed, ta’ 29 sena, kollha nżammu fil-kustodja tal-Pulizija wara li l-Maġistrat ma laqax it-talba li jinħelsu mill-arrest. Huma se jkunu qed jirritornaw lura quddiem il-Qorti fit-28 ta’ April, akkużati li pparteċipaw fit-tħejijiet tal-pjan tal-attakk terroristiku. Iż-żewġt irġiel l-oħra se jkunu qed jidhru quddiem il-Qorti is-Sibt li ġej.

Il-Pulizija arrestaw lill-irġiel wara li saru rejds f’proprjetajiet fi Flemington, Meadow Heights, Dallas, Campbellfield u Gladstone Park.

Il-Kummissarju tal-Pulizija f’Victoria l-Awstralja, qal li l-Pulizija għamlu sejba ta’ pjan li kien jikkonsisti “f’avveniment ta’ splussiv, bl-użu ta’ splussiv u ġabru biżżejjed evidenza.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend