Tinsiex lill-familja meta tixrob u ssuq – One News

Notifiki

Tinsiex lill-familja meta tixrob u ssuq

Qegħdin fuq l-għatba tal-festi, infakkrukom li saħħitkom tiġi qabel kollox. Il-ħsieb dwar familtna wkoll jorbot mal-mod ta’ kif inti ġġib ruħek fit-triq matul dawn il-ġranet. Aħseb f’familtek f’kull mument.” – il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca

F’laqgħa li saret bejn il-Kunsill Nazzjonali dwar is-Sigurtà fit-Toroq u l-President ta’ Malta proprju matul dawn il-ġranet ta’ festi, ġie misħuq għal darb’oħra l-bżonn ta’ aktar edukazzjoni, kampanji, riżorsi u ħidma, fosthom l-inklużjoni tad-drugalyzers u t-textalyzers għal nuqqas ta’ aċċidenti fit-toroq tagħna.

Fl-introduzzjoni tiegħu, iċ-Chairman tal-Kunsill Roderick Vella spjega li l-importanza tal-idea wara dan il-kunsill preżenti, fuq inizjattiva tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi. Il-Kunsill hu magħmul minn persuni ġejjin minn oqsma u entitajiet diversi u li jaħdmu kollha flimkien b’rieda qawwija ħafna għas-saħħa u ħajjet in-nies. Huwa saħaq dwar l-esperjenza li dawn il-membri jġibu magħhom u kif din l-esperjenza qed tiġi mwassla bil-ħidma li qiegħda ssir ta’ importanza massima li toffri lill-pajjiż inġenerali sabiex itejbu s-sitwazzjoni preżenti tas-sigurtà fit-toroq Maltin.

Il-President ta’ Malta laqgħet u faħħret l-idea ta’ din il-formazzjoni ta’ team, dan il-Kunsill fuq is-sigurtà fit-toroq, li rnexxielu jiġbor fih persuni li qegħdin iwiegħdu li jkomplu jaħdmu għas-sigurtà fit-toroq tagħna b’ambizzjonijiet li kull membru għandu l-potenzjal li jagħmel differenza.

“Qegħdin fi żmien fejn ir-riskju ta’ xi aċċident jikber hekk kif għaddejin biċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-Milied. Minbarra s-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol irrid insemmi wkoll is-sewqan taħt l-effett tad-droga—kemm dik meħuda għal bżonnijiet ta’ saħħa kif ukoll dik illiċita. Għadna m’aħniex qegħdin nisħqu u naħdmu fuq dan is-suġġett.”

L-espożizzjoni ta’ 300 siegħa fuq media soċjali, radju u TV juru biċ-ċar it-triq li ħa l-Kunsill biex jindirizza din l-espożizzjoni lejn l-edukazzjoni. Il-Kunsill qed jaġixxi bħala daqqa t’id lill-gvern biex jenfasizza l-importanza tas-sigurtà fit-toroq.

Diġà ttieħdu diversi inizjattivi edukattivi f’kampanji billi l-Kunsill daħal f’diversi skejjel mill-Primarja sas-sixthform, nieda d-disposable breathalyzers. Proprju ftit qabel il-festi tal-Milied tas-sena li għaddiet, il-Malta Insurance Association taw kontribut ta’ għajnuna b’donazzjoni ta’ breathalyzers lill-Pulizija ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend