Tentattiv biex jinkiser rekord nazzjonali f’San Pawl il-Baħar – One News

Tentattiv biex jinkiser rekord nazzjonali f’San Pawl il-Baħar

San Pawl il-Baħar matul il-jiem li ġejjin se jkun qed jinbidel f’villaġġ tal-Milied filwaqt li jipprova jikser rekord nazzjonali.

L-attivita’ se tibda llum l-Erbgħa u tkompli fit-22 u 23 ta’ Diċembru. Dan il-villaġġ se jkun armat fi Ġnien Anton Buttiġieġ fi Triq Parades, San Pawl il-Baħar.

Dan il-villaġġ tal-Milied se jkun imżewwaq ukoll bit-talent tat-tfal hekk kif fuq il-palk se jkun hemm kant u żfin. Wieħed se jkun jista’ jgawdi minn diversi attrazzjonijiet oħra fosthom Father Christmas u karattri oħra.

Attrazjoni speċjali matul dawn il-jiem ser tkun siġra naturali armata bit-tiżjin tal-Milied f’tentattiv li jinkiser rekord nazzjonali ta’ l-itwal siġra naturali armata b’tiżjin preparat mit-tfal.

Għalhekk it-tfal huma mħeġġa li jagħmlu huma stess it-tiżjin tal-Milied u jiġu bih fi Ġnien Anton Buttigieg illum l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru bejn il-17.30 u s-19.30.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend