Mit-tfal b'solidarjetà – Jinġabru l-piggy banks tal-Istrina mill-iskejjel | One News

Notifiki

Mit-tfal b’solidarjetà – Jinġabru l-piggy banks tal-Istrina mill-iskejjel

Ftit jiem qabel l-Istrina, nġabru l-piggy banks mill-iskejjal primarji u sekondarji madwar Malta u Għawdex. Il-flus miġbura qed jingħaddu mill-volontiera tal-Malta Community Chest Fund Foundation u l-Bank of Valletta. Kienu mitejn skola li pparteċipaw f’dan il-ġbir li ilhu jsir għal dawn l-aħħar tnax-il sena.

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca flimkien mar-raġel tagħha Edgar Preca żaru l-iskejjel fl-aħħar ġimgħat bħala parti mill-kampanja tal-Piggy Banks.

Permezz tal-Piggy Bank Campaign,  rappreżentanti tal-iskejjel jieħdu sehem b’mod attiv, ifasslu avvenimenti li fihom it-tfal jipparteċipaw u jiġbru l-fondi għal L-Istrina. B’hekk anke l-iżgħar membri fis-soċjetà jinvolvu ruħhom fl-isforz ta’ L-Istrina.

Il-ko-ordinatur ta’ din il-kampanja, Matilde Balzan, spjegat li din is-sena kienet waħda innovattiva hekk kif il-kapijiet tal-iskejjel organizzaw numru ta’ attivitajiet fl-iskejjel b’rabta ma’ din il-kampanja bl-għan li jinġabru aktar flus. Hija fakkret li s-sena l-oħra nġabru €18,000 minn dan il-proġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend