Jiggradwaw 124 student tal-ITS – One News

Notifiki

Jiggradwaw 124 student tal-ITS

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ħabbar fil-parlament li din is-sena iggradwaw 124 studenti minn korsijiet (full-time) fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS).

Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija tal-membru parlamentari nazzjonalista Claudio Grech u kompla jgħid li dawn inqasmu 21 Foundation, 63 ċerifikat, 14 diploma u 26 Higher National Diploma.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li  bi qbil mal-industrija saret bidla fil-mod ta’ kif jiġu mgħallma l-korsijiet kif ukoll biex l-internship internazzjonali ma jkunx fil-perjodu fl-aħħar tal-istudji iżda jkun fin-nofs.  Dan sar biex il-kumpaniji lokali jingħataw aktar ċans jimpjegaw lill-gradwati Maltin.  Għaldaqstant, b’riżultat ta’ dan it-tibdil, 125 student/a illi qegħdin jistudjaw għad-diploma barra il-pajjiż ser jigradwaw fl-2017 minn flok fl-2016.

Għal mistoqsija oħra tal-istess membru, l-ministru qal li l-kampus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fi Smart City huwa ppjanat illi jkun kompletament funzjonali fl-2019, l-istess sena illi l-Istitut ser jieqaf jopera mis-sit preżenti tiegħu.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend