Il-Ħadd titħajjarx taqsam lejn Għawdex f’ħin l-ikel – One News

Notifiki

Il-Ħadd titħajjarx taqsam lejn Għawdex f’ħin l-ikel

Fil-Milied u fl-ewwel tas-sena, l-vapur ta’ Għawdex mhux se jkun qed jagħmel il-vjaġġi tiegħu bejn 12.00 u 15.00. Is-servizz tal-Gozo Channel se jkun sospiż biex il-ħaddiema li se jkunu qegħdin jaħdmu f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jqattgħu ftit ħin mal-familjari u l-ħbieb tagħhom.

Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr, Għawdex se jkun fil-11.15 filwaqt li l-aħħar vjaġġ miċ-Ċirkewwa jitlaq fl-12.00. Wara nofsinhar, is-servizz jerġa’ jibda normali fit-15.00 mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa filwaqt li l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr se jkun fil-15.45.

L-amministrazzjoni tal-Gozo Channel, xtaqet li permezz ta’ dan il-ġest tirringrazzja lill-ħaddiema tagħha li jaħdmu sigħat twal u anke xi drabi f’kundizzjonijiet tat-temp diffiċli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend