Tiri sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara ftit sigħat wara l-qtil tal-Ambaxxatur Russu – One News

Notifiki

Tiri sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara ftit sigħat wara l-qtil tal-Ambaxxatur Russu

Il-Pulizija għadhom kif arrestaw raġel b’relazzjoni ma’ tiri li ġew sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara, ftit sigħat wara li l-Ambaxxatur Russu għat-Turkija nqatel.

Sorsi qalu li r-raġel ħareġ arma li kienet moħbija fil-ġakketta u spara madwar tmien tiri fl-ajru. Hu twaqqaf mill-gwardji tas-sigurtà tal-Ambaxxata stess.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Intant Pulizija Tork qatel lill-Ambaxxatur Russu għat-Turkija Andrey Karlov wara sparatura f’Ankara it-Tnejn filgħaxija, aktarx b’protest għall-involviment tar-Russja f’Aleppo

Il-qattiel spara minn tal-inqas tmien tiri waqt li għajjat il-kliem Allahu Akbar.

Il-każ seħħ waqt esibizzjoni artistika fiċ-Ċentru tal-Arti kontemporanja f’Ankara.

Il-qattiel ġie identifikat bħala ġuvni ta’ 22 sena u għadu mhux ċar jekk kellux rabtiet ma’ xi grupp partikolari.

 

L-attakk sar jiem biss wara protesti fit-Turkija dwar l-appoġġ li r-Rusja qed tagħti lill-President Sirjan Bashar al Assad.

B’reazzjoni l-President Tork, Recep Tayyip Erdogan tkellem mal-President Russu Vladimir Putin u qalu li t-tnejn qablu li kienet att ta’ provokazzjoni.

Intant, fil-ħin li ġej, grupp ta’ investigaturi Russi mistennija jaslu fit-Turkija biex jinvestigaw aktar dwar dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend