“Niċċelebraw f’għaqda” – One News

“Niċċelebraw f’għaqda”

L-għaqda għal darb’oħra kienet il-messaġġ ewlieni fl-attività Milied Flimkien li ttellgħet fi pjazza Kastilja.

Il-President ta’ Malta użat il-ħin tagħha biex tfajla tas-sekondarja għaddiet hi l-messaġġ li fis-soċjetà u fil-politika nindirizzaw l-ideat u l-opinjonijiet, u mhux il-persuna. Dan biex ma nitilfux l-aspett uman tal-persuni – li lkoll jixirqilhom rispett.

Appellat ukoll biex ikompli jkun miġġieled il-faqar, u l-ġid ikun imqassam aħjar ma’ kulħadd.

Minn naħa tiegħu il-Prim Ministru saħaq li l-poplu Malti fil-verità huwa wieħed magħqud, tant li l-vucijiet ta’ firda ma jirrapreżentawx lil poplu Malti tant li nispiċċaw nitkellmu dwarhom.

Il-Prim Mnistru tenna l-appell tiegħu biex għal darb’oħra l-poplu Malti jkun ġeneruż fl-Istrina favur il-Malta Community Chest Fund, kif dejjem għamel għax ħass li huwa d-dover tiegħu.

B’referenza għall-kazi ta’ terroriżmu fil-Ġermanja, u l-firda, saħaq li l-iktar ħaġa li jixtiequ dawn il-persuni huwa li nabbandunaw il-ħajja tagħna ta’ kuljum, u li ma ningħaqdux u niċċelebraw flimkien.

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat qal li fil-verita, irridu nagħmlu bil-maqlub. “Irridu niċċelebraw, inkompl u nkomplu nitkellmu dwar dak li jgħaqqadna”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend