“Mhix ħaġa tal-iskantament” – il-President ta’ Birkirkara FC – One News

Notifiki

“Mhix ħaġa tal-iskantament” – il-President ta’ Birkirkara FC

Il-president ta’ Birkirkara F.C. Adrian Delia kompla jitkellem dwar il-każ tal-goalkeeper Miroslav Kopric waqt il-programm L-Argument Ikompli.

Il-Pulizija ġabret lill-eks goaler b’rabta ma’ allegati attivitajiet illegali marbuta mal-futbol. Delia intalab jikkumenta dwar sejre ta’ logħobiet investigati dwar serje ta’ irregolaritajiet b’rabta ma’ betting. Qal li f’dak il-każ tkun naturali  u mhux tal-iskantament li l-Pulizija tinvestiga l-logħob.

Delia qal li jekk il-Pulizija jkun hemm bżonn xi ħaġa minn naħa ta’ Birkikrara FC se jkomplu jikkollaboraw u issa jistgħu biss jistennew biex jaraw x’se jiġri.

Mistoqsi Kopric hux se jitħalla jsiefer bħal ma jagħmlu players oħra barranin għall-Milied, Delia qal li wieħed irid jara x’se jkun l-eżitu tal-investigazzjoni. Tkellem ukoll dwar l-eventwalità li jkun sospiż, kif jitolbu proċeduri meta jkun hemm xi ħadd investigat. Dan sakemm issir investigazzjoni, għalkemm kien mistoqsi wkoll dwar kemm ma kinitx probabbli jiġġeddidlu l-kuntratt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend