L-Istrina aktar teknoloġika, b’app ġdid u xejn inqas minn 90 voluntier mill-MITA – One News

Notifiki

L-Istrina aktar teknoloġika, b’app ġdid u xejn inqas minn 90 voluntier mill-MITA

Tnediet  app tal-Malta Community Chest Fund (MCCF) immirata biex iżżomm lin-nies aġġornati bl-avvenimenti kollha li jsiru b’risq il-fond.
Wayne Zammit, senior solutions architect, qal kif mill apps issa se tkun tista’  idaħħal l-avvenimenti tal-MCCF fil-kalendarju tal-mobile. Bl-app ukoll, se tkun tista’ tara l-għajnijiet tal-MCCF u tifhem aħjar il-viżjoni tagħha. Jekk trid ukoll, tista’ tissieħeb bħala volontarju fi ħdan l-MCCF permezz tal-app.
Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet fejn tħabbar dan kollu, il-Malta Information Technology Agency (MITA) ħabbret li se tkun qed tieħu hsieb il-pledge lines tal-Istrina.
Wayne Valentine, li huwa head of facilities, wera l-istruttura kumplessa biex id-donazzjonijiet jinġabru b’mod sistematiku. Dan jinvolvi ‘l fuq minn 90 ħaddiem tal-MITA li se jaħdmu volontarjament.
Se ssir ukoll kollaborazzjoni mal-kumpanija Ecabs biex jinġabru donazzjonijiet mid-djar.
mita

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend