Jipprovaw jitilqu mill-ġdid – One News

Notifiki

Jipprovaw jitilqu mill-ġdid

Issoktaw l-evakwazzjonijiet fil-Lvant ta’ Aleppo fis-Sirja. Kelliem għan-Nazzjonijiet Magħquda qal li xarabank u ambulanzi qed jitilqu minn zoni okkupati mir-ribelli. Huwa rrapurtat li minn ta l-inqas 350 persuna telqu minn dawn iz-zoni biex jaslu għal-territorji f’idejn il-Gvern.

Xarabank qed jintbagħtu f’zoni kkontrollati mill-Gvern u lu qed jiġġieldu għalihom ir-ribelli. Sitwazzjoni li waqfet milli jidħol fis-seħħ il-ftehim ta’ evakwazzjoni. Sadanittant eluf qed jistennew li joħorgu mill-Lvant ta’ Aleppo. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda qabel li jkun hemm grupp min-Nazzjonijeit Magħquda josserva s-sitwazzjoni.

Ir-Russja ivvutat kontra riżoluzzjoni mfassla mill-Gvern Franċiż li kienet tgħid li għandhom jintbagħtu uffiċjali fuq il-post, proposta li r-Russja ddeskriviet bħala diżastruża. L-evakwazzjonijiet mill-Lvant ta’ Aleppo mhumiex faċli għax qed ikomplu l-attakki, b’konsegwenza li għadd ta’ persuni qed jispiċċaw mingħajr xelter u mingħajr xi tip t’aċċess mediku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend