Abbozz f’New Jersey jaf jgħin annimali abbandunati – One News

Notifiki

Abbozz f’New Jersey jaf jgħin annimali abbandunati

F’New Jersey qed tiddiskuti abbozz ġdid li jaf iħalli impatt pożittiv fuq kif jinxtraw il-pets, fejn jaf tnaqqas il-krudeltà fl-industrija tat-tgħammir bl-addoċċ tal-klieb u tkun ta’ għajnuna għall-annimali abbandunati.

Skond The Humane Society, fl-Istati Uniti, wieħed jista’ jsib madwar 10,000 ‘puppy mills’ (‘fabbriki’ li jgħammru l-klieb bl-addoċċ biex jagħmlu l-flus minn fuqhom), li jipproduċu madwar 2.4 miljun kelb kull sena. Minn dawn l-10,000, id-Dipartiment tal-Agrikoltura fl-Istati Uniti tirregola inqas minn 3,000 tat-total.

“Dawn il-puppy mills ħadu l-fama li jpoġġu l-profit l-ewwel u mhux it-trattament tal-kelb jew qattus,” qal is-Senatur Raymond Lesniak li introduċa dan l-abbozz. Hu kompla billi qal li “it-tgħammir bl-addoċċ qed joħloq problema fis-saħħa u fl-imġieba tar-razez ta’ dawn l-annimali u l-kundizzjonijiet qed iħallu ammont kbir ta’ pets isofru.”

Għalekk dan l-abbozz, jekk jiġi implimentat, se jkun qed jinforza lis-sidien ta’ ħwienet tal-annimali, bħall-pet shops, b’mod partikolari li jbiegħu l-annimali, irid ikollhom annimali għall-bejgħ li ġejjin minn xelters ta’ annimali abbandunati.

Rappreżentanti tal-industrija tal-pets argumentaw li l-abbozz se jkun qed jagħmilha diffiċli biex jinfetħu ħwienet tal-pets ġodda.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend