Villaġġ tal-Milied fl-Għammieri – One News

Notifiki

Villaġġ tal-Milied fl-Għammieri

Is-sibt u l-Ħadd ir-Razzett tal-Gvern fl-Għammieri, se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku u se jinbidel f’villaġġ tal-Milied.

Baned u korijiet tal-Milied se jtellgħu spettaklu biex idaħħlu lill-pubbliku fl-atmosfera tal-Milied. Se jkun hemm armati wkoll diversi gabbani li jbiegħu ikel, xorb u affarijiet tal-Milied.

Il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jara l-animali li hawn f’dan ir-razzett u jsegwi l-ħidma li ssir f’dan il-post .

Filwaqt li l-pubbliku se jkollu ċ-ċans ukoll li japprezza esebizzjoni ta’ presepji li saret minn ħames esebituri li ħadmu l-presepji tagħhom b’affarijiet riċiklatti u relatati mal-agrikoltura. 

L-attivitajiet is-Sibt jibdew fil-5:00 ta’ filgħaxija u jiqbgħu għaddejjien sa l-10:00 ta’ billejl .L-attrazzjoni prinċipali s-Sibt hija l-priedka tal-Milied li se ssir f’ambjent differenti.

Filwaqt li l-Ħadd l-attivitajiet se jibqgħu għaddejjin il-ġurnata kollha.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja , Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Rodrick Galdes, wera r-ringrazzjament tiegħu għall-ħaddiema tal-Għammieri sabiex f’dawn iz-zminijiet ta’ festi qegħin jaħdmu sabiex din l-attività tkun ta’ suċċess.

Il-flus li se jinġabru minn din l-attività se jmorru għall-Puttinu Cares.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend