Tifel ta’ 12-il sena jipprova jisplodi suq tal-Milied fil-Ġermanja – One News

Notifiki

Tifel ta’ 12-il sena jipprova jisplodi suq tal-Milied fil-Ġermanja

Tifel Ġermaniż-Iraqqin ta’ tnax–il sena pprova jisplodi suq tal-Milied fil-belt Ġermaniża Ludwigshafen.

Ix-xahar li għadda kien diġà ħalla basket mimli splussivi li ma splodewx, u ftit tal-jiem wara ħalla tagħmir bi splussiv viċin is-sede tal-kunsill tal-belt – jew kif inhu magħruf aħjar mat-turisti, it-town hall.

B’xorti tajba, xi ħadd mill-pubbliku nduna u ġibed l-attenzjoni tal-Pulizija u ħadd ma weġġa’.

It-tifel, li qed jinżamm arrestat, huwa maħsub li għandu rabtiet mal-hekk imsejħa Militanti tal-Istat Iżlamiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend