Maġistrat iwissi dwar ġlied f’Paceville – One News

Notifiki

Maġistrat iwissi dwar ġlied f’Paceville

Il-Qorti lliberat Awstraljan li tressaq il-Qorti mixli li iktar kmieni din is-sena weġġa’ żagħżugħ minn Ħal Lija fi stabbiliment f’Paceville.

Iż-żagħżugħ Andrea Degiorgio kien fit-toilets tal-istabbiliment meta ra lil ħabib tiegħu jiġi aggredit minn grupp ta’ ġuvintur u għalhekk mar biex jgħinu.

L-akkużat Wail Rizgalla kien fil-post u meta Degiorgio tbaxxa għax ħass li kien se jaqla’ daqqa ħass xi ħaġa iebsa ma’ wiċċu.

Fil-kommossjoni ma kienx jaf x’inhi eżatt iżda assuma li kienet tazza għax ra l-ħġieġ mal-art.  Tul is-smigħ Degiorgio qal li ma kienx ċert li kien Rizgalla li weġġgħu u kkonferma li ma kien ralu xejn f’idu. Bl-akkużat sħansitra jiċħad li kien involut fi ġlieda.

Quddiem in-nuqqas ta’ provi u ċertezza l-akkużat inħeles iżda spikkat it-twissija tal-Maġistrat Aron Bugeja li qal li ċerti stabbilimenti saru qishom post tal-ġlied.

“Campo di Battaglia,” biex nużaw kliemu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend