Is-Sirja twaqqaf l-evakwazzjonijiet ta' Aleppo | One News

Notifiki

Is-Sirja twaqqaf l-evakwazzjonijiet ta’ Aleppo

Il-Gvern Sirjan għadu kif waqqaf l-evakwazzjonijiet ta’ ċittadini u kif ukoll suldati mil-Lvant ta’ Aleppo, dan wara li akkuża lir-ribelli li ma mxewx ma’ istruzzjonijiet dwar waqfien ta’ ġlied.

Sorsi qrib il-Gvern Sirjan qalu li r-ribelli waqfu l-evakwazzjonijiet ta’ persuni ċivili li jappartjeni ma’ żewġ villaġġi li huma favur il-Gvern fis-Sirja.

Karozza tal-linja li kienet qed iġġorr persuni mil-Lvant t’Aleppo sfat attakkata hekk kif ir-ribelli sparaw fuqha.

Minn tal-inqas 6,000 persuna diġà telqu mill-belt mill-Ħamis li għadda, iżda l-Istati Uniti qalu li għad baqa’ madwar 50,000 persuna li jinsabu maqbuda ġewwa.

L-armata tas-Sirja, bl-għajnuna tar-Russja, ħadet taħt idha kważi kull distrett li kien taħt it-tmexxija tar-ribelli fil-Lvant t’Aleppo

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend