Il-vizzju tas-serq iwassalha biex terġa' tiġi arrestata fl-età ta' 86 sena | One News

Notifiki

Il-vizzju tas-serq iwassalha biex terġa’ tiġi arrestata fl-età ta’ 86 sena

Anzjana ta’ 86 sena bl-isem ta’ Doris ‘Diamond’ Payne, li tiddelitta f’serq ta’ ġojjellerija ġiet arrestata wara li nqabdet tisraq ġiżirana tad-djamanti li tiswa $2,000 minn ħanut tal-ogħla klassi f’Ġorġja fl-Istati Uniti.

L-anzjana ħadet fama għall-karriera kriminali tagħha li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar sitt diċenji, fejn siefret f’diversi pajjiżi biex tisraq eluf f’ġojjellerija billi tnessi lil tal-ħwienet li jkollha l-ġojjellerija fuqha.

Payne, li darba minnhom kienet qed tiġi mfittxija minn żewġ kontinenti, kienet qalet li se tkun qed tieqaf mill-karriera kriminali tagħha aktar minn diċenju ilu. Iżda jidher li l-vizzju reġa’ għelibha, anke fl-età ta’ 86 sena.

Hi ġiet arrestata t-Tlieta li għadda f’dipartiment tal-ħwienet fejn il-Pulizija sostnew li Payne qabdet ġiżirana tad-djamanti li tiswa $1,995 fil-but u pprovat titlaq mill-ħanut.

Hi se tkun qed taffaċċja akkuża ta’ serq quddiem il-Qorti t’Atlanta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend