Iktar akkużi lejn ir-Russja | One News

Notifiki

Iktar akkużi lejn ir-Russja

Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama wiegħed li tittieħed azzjoni kontra l-allegat interferenza Russa fil-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Istati Uniti.

“Għadna li se nieħdu azzjoni u hekk se ngħamlu,” qal Obama mar-radju NPR. Ir-Russja qed tkun akkużata bil-hacking ta’ emails tal-Partit Demokratiku u kollaboraturi ewlenin ta’ Hillary Clinton, il-kandidat tellief. Xi ħaġa li qiegħda tkun miċħuda b’saħħa mill-Kremlin.

Il-President elett Donald Trump ukoll ċaħad dawn l-akkużi li ddeskrivihom bħala redikoli u motivati politikament. Għalkemm ‘l-intelliġenza’ Amerikana qed tgħid li għandha provi b’saħħithom li jipprovaw dan b’Obama jistqarr: “Naħseb li m’hemmx dubju li meta Gvern Barrani jipprova jħalli impatt fuq l-integritá tal-elezzjonijiet tagħna rridu nieħdu azzjoni, fil-ħin u l-post li ngħażlu aħna.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend