Havana trid tħallas id-dejn li għandha bil-fliexken tar-rum | One News

Notifiki

Havana trid tħallas id-dejn li għandha bil-fliexken tar-rum

Kuba għadhom kif ħarġu b’idea ġenjali biex iħallsu l-miljuni ta’ dejn li għandhom iħallsu lir-Repubblika Ċeka… bil-fliexken tar-rum. Dan intqal minn uffiċjali fi Praga.

Il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika Ċeka qal li Havana ħarġu b’din il-possibiltà waqt negozji riċenti dwar din il-kwistjoni.

Kuba għandha dejn ta’ $276 miljun mar-Repubblika Ċeka, u jekk din l-offerta se tiġi aċċettata iċ-Ċeki se jkollhom biżżejjed rum biex iservihom għal iktar minn ċentinarju.

Madankollu, Praga qalet li hi tippreferi jekk ftit mid-dejn jitħallas fi flus kontanti.

Id-dejn ta’ Havana jmur lura għal żmien il-Gwerra Bierda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend