Żieda fl-immigranti jitolbu l-ażil – One News

Notifiki

Żieda fl-immigranti jitolbu l-ażil

Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kienu iktar minn 950,000 il-persuni li applikaw għall-ażil f’ xi wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Skont statistika tal-Eurostat, minn Lulju sa’ Settembru ta’ din is-sena, l-ammont t’ applikazzjonijiet għall-ażil żdiedu b’ iktar minn ħamsin elf meta mqabbla mat-tlett xhur ta’ qabel.

Mit-358,000 immigrant li talbu għall-protezzjoni għall-ewwel darba fit-tielet kwart tas-sena, żewġ terżi minnhom għamlu dan fil-Ġermanja. L-Italja u Franza kienu t-tieni u t-tielet l-iktar pajjiżi wara l-Ġermanja li rċivew applikazzjonijiet għall-ażil.

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-AŻIL

  • LULJU-SETTEMBRU 2016
  • ĠERMANJA              237, 430
  • ITALJA                       34,560
  • FRANZA                     20,005
  • MALTA                       475

F’ din il-klassifika, pajjiżna ġie fid-dsatax-il post għaliex kienu erba’ mija, ħamsa u sebgħin l-immigranti li applikaw għall-ażil f’Malta, li hija żieda ta’ tmenin persuna mill-applikazzjonijiet milqugħa bejn April u Ġunju. Fil-fatt Malta tilqa’ biss żero punt wieħed fil-mija tal-applikazzjonijiet għall-ażil li jidħlu fl-Unjoni Ewropea.

Iżda meta wieħed iqis l-ammont ta’ applikazzjonijiet fid-dawl tal-popolazzjoni ta’ kull pajjiż, Malta hija meqjusa bħala t-tielet l-iktar Stat Membru li kellu rata għolja t’ applikazzjonijiet irreġistrati. Dan peress li għal kull elf, wieħed u disgħin persuna Maltija, kien hawn persuna tirreġistra għall-ażil.

Huma biss il-Ġermanja u l-Greċja li jaqbżu lil pajjiżna, filwaqt li l-inqas pajjiż li għandu applikanti għall-ażil għal kull ċittadin huwa l-Islovakia- fejn huma biss immigrant għal kull seba’ Slovakki.

Wieħed minn kull erba’ applikanti fl-Ewropa kienu Sirjani, sbatax fil-mija ġew mill-Afghanistan u għaxra fil-mija tal-immigranti kienu Iraqqini.

F’Malta, fit-tielet kwart tas-sena l-iktar tlett pajjiżi li minnhom ġew l-immigranti li applikaw għall-ażil għall-ewwel darba kienu l-Libja, li ammontaw għal mija, ħamsa u erbgħin, l-Eritrea u s-Somalia.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend