Investiment ta' €430,000 f'Dar il-Mediterran | One News

Notifiki

Investiment ta’ €430,000 f’Dar il-Mediterran

Ġiet inawgurata sistema ta’ installazzjoni ġdida li tissupplixxi l-kurrent elettriku fis-sala tar-Repubblika f’Dar il-Mediterran flimkien ma’ sistema ġdida ta’ arja kkundizzjonata fis-Sagra Infermerija, riżultat ta’ investiment ta’ €430,000 minn fondi ġġenerati mill-profitti ta’ din l-entitá.

F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li dawn l-installazzjonijiet kienu essenzjali, speċjalment dik tas-sound proofing għax issa ċ-ċentru jista’ jilqa’ fih attivitajiet diversi fl-istess ħin.

Il-Ministru Edward Zammit Louis faħħar dawn l-inizjattivi u qal li minkejja li f’Novembru 2015 saru żewġ konferenzi internazzjonali kbar, Novembru ta’ din is-sena mistenni jaqbeż il-figuri tas-sena l-oħra. Dan juri l-fiduċja li qed jikseb pajjiżna f’dak li huwa turiżmu ġġenerat mill-konferenzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend