Il-Prim Ministru Joseph Muscat wasal fi Brussell fejn se jattendi għall-aħħar summit Ewropew għal din is-sena. Summit li qed isir lejliet il-Presidenza Maltija.
F’kummenti li ta lill-ġurnalisti, l-Prim Ministru qal li dwar il-migrazzjoni se tkun diskussa ir-rotta fiċ-ċentru tal-Mediterran. Fl-isfond li l-Unjoni Ewropea għamlet ftehim mat-Turkija, l-Prim Ministru qal li din hija kruċjali li tkun fl-aġenda kemm għal dan is-summit u anke tul il-Presidenza Ewropea.
Se tkun diskussa wkoll is-sitwazzjoni f’Aleppo fis-Sirja u dwar dan il-Prim Ministru jemmen li se jkun hemm pozizzjoni komuni.
Qabel il-wasla tiegħu il-Prim Ministru qal li ltaqa’ mal-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni. Jemmen li se jkun hemm kontinwazzjoni għal dak li ħadem dwaru l-Prim Ministru Renzi.