Tista’ tilqa’ x-xitwa, fl-iqsar jum tas-sena, fit-Tempji tal-Imnajdra – One News

Notifiki

Tista’ tilqa’ x-xitwa, fl-iqsar jum tas-sena, fit-Tempji tal-Imnajdra

Tista’ tesperjenza tlugħ ix-xemx waqt is-solstizju tax-xitwa fit-Tempji tal-Imnajdra. Infatti tista’ tilqa’ l-istaġun tax-xitwa nhar il-21 ta’ Diċembru billi tiġi tara tlugħ ix-xemx flimkien ma’ Heritage Malta f’wieħed mit-tempji uniċi Neolitiċi.

Is-solstizju tax-xitwa huwa l-iqsar jum tas-sena u l-ewwel ġurnata tax-xitwa.

Fit-Tempji tal-Imnajdra, wieħed mit-tempji Neolitiċi mibnija tul ir-raba’ u t-tielet millenji Qabel Kristu, it-Tempju tan-Nofsinhar inbena biex jimmarka l-pożizzjoni ta’ tlugħ ix-xemx nhar l-ewwel jum ta’ kull staġun. Il-viżitaturi fl-Imnajdra se jibqgħu affaxxinati waqt tlugħ ix-xemx, meta l-ewwel raġġi tax-xemx jixegħlu t-tarf ta’ megalita li tinsab tul il-passaġġ li jgħaqqad iż-żewġ kmamar ta’ barra ma’ dawk ta’ ġewwa. Meta tikkunsidra li n-nies li bnew it-tempji kienu bdiewa u li l-għajxien tagħhom kien jiddependi mill-agrikoltura, it-tibdil tal-istaġuni probabbli kellu tifsira speċjali. Għalhekk, wieħed ma jistax jeskludi li s-solstizju tax-xitwa seta’ kien żmien ta’ tlaqqigħ u ċelebrazzjonijiet.

Biex tipprovdi esperjenza aħjar għall-viżitaturi, Heritage Malta qed toffri postijiet limitati biex wieħed ikun jista’ jgħix dan il-fenomenu. Min hu interessat jista’ jixtri l-biljetti mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta jew mis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend