Min ingħata din il-merħba fl-iskola primarja ta' Birkirkara? | One News

Notifiki

Min ingħata din il-merħba fl-iskola primarja ta’ Birkirkara?

Il-ferħ fuq wiċċ it-tfal tal-iskola primarja ta’ Birkirkara, parti mill-Kulleġġ Santa Tereża, laqatna f’dan il-filmat.

Ittieħed waqt żjara oħra tas-Sur Edgar Preca bħala parti mill-kampanja tal-Piggy Banks b’risq l-Istrina u The Malta Community Chest Fund Foundation.

Dan tal-aħħar jgħin nies li jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli ħafna f’ħajjithom, b’mod partikolari l-pazjenti morda bil-kanċer u l-familji tagħhom li jkunu qed jirċievu trattament barra mill-pajjiż.

Permezz tal-Piggy Bank Campaign,  rappreżentanti tal-iskejjel jieħdu sehem b’mod attiv, ifasslu avvenimenti li fihom it-tfal jipparteċipaw u jiġbru l-fondi għal L-Istrina. B’hekk anke l-iżgħar membri fis-soċjetà jinvolvu ruħhom fl-isforz ta’ L-Istrina.

Jitrawwem spirtu t’altruwiżmu, li huwa tant parti integrali mill-identità nazzjonali tagħna l-Maltin.

Segwi dan il-filmat biex tara ftit mill-entużjażmu!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend