L-Annimali fuq il-catwalk fil-Peru! – One News

Notifiki

L-Annimali fuq il-catwalk fil-Peru!

Fuq il-catwalk imdorrijin naraw il-mudelli, iżda fil-Peru huma l-annimali li qed jisirqu l-attenzjoni!

Dan hekk kif huma wkoll daħlu fl-ispirtu tal-Milied, u b’ilbies aħmar u assoċjat ma’ dan iż-żmien ferrieħi, xejn inqas minn tmenin annimal – klieb, fniek, u anki fkieren, ħadu sehem fil-kompetizzjoni annwali msejħa “Pet Noel” f’Lima.

Minbarra li serviet bħala spettaklu ta’ pjaċir għal dawk li jħobbu l-annimali, l-għan tal-“Pet Noel” huwa proprju biex titqajjem kuxjenza dwar ir-responsabbiltà li jġibu magħhom dawn il-kreaturi tant maħbuba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend