Father Christmas jinżel bil-parachute lejn it-tfal t'Amatrice! | One News

Notifiki

Father Christmas jinżel bil-parachute lejn it-tfal t’Amatrice!

Żmien il-Milied huwa żmien ta’ ferħ u għaqda għal xi wħud, iżda mhux l-istess għal oħra, bħall-eluf u mijiet li sfaw milquta mit-terremot f’Amatrice.

Bil-għan li l-effetti koroh li ħalla warajh it-terremot jintesew xi ftit, tmien persuni – fosthom wieħed liebes ta’ Santa Klaws, niżlu b’parachute fejn sabu għexieren ta’ tfal jistennewhom.

Mhux biss qassmu numru ta’ rigali lil dawn it-tfal, iżda taw ukoll ċekk ta’ kważi tlett’elef ewro lil nies li bħalissa qed jgħixu f’tined temporanji wara li djarhom spiċċaw fost it-tifrik li ħalla l-istess terremot.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend