Hemm aktar studenti nisa u żdiedu l-istudenti barranin – One News

Notifiki

Hemm aktar studenti nisa u żdiedu l-istudenti barranin

Dan ħareġ minn stastistika ippublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika,  li tindika wkoll li studenti li kineu qed jieħdu edukeazzjoni formali fis-sena akkademika ta’ bejn l-2014 u l-2015 laħqu s-70,355.

68.4% ta’ dawk li kienu qed jirċievu edukazzjoni, kienu qed jirċevuha minn skejjel tal-istat. 22.5% kienu qed jirċievu edukazzjoni minn skejjel tal-Knisja u 9.1% minn skejjel indipendenti.

55.9% tal-istudenti kienu bniet.

L-ammont ta’ studenti fl-iskejjel primarja żdied b’1.9% filwaqt li dawk li jattendu s-sekondarja naqas b’2.7%. Dan meta tqabbel is-sena skolastika 2014/15 ma’ ta’ qabilha.

L-iktar klassijiet żgħar fl-ammont ta’ tfal li fihom kienu tal-Gvern.

6.7% tal-istudenti kollha li kienu qed jirċievu edukazzjoni formali kienu barranin – żieda ta’1.7 punt perċentwal. Il-maġġoranza tagħhom kienu ġejjin mill-Unjoni Ewropea.

L-iktar suġġett popolari fost studenti tal-edukazzjoni terzjarja kienu dawk reltati man-negozju, l-amministrazzjoni u l-liġi. L-iktar suġġetti vokazzjonali popolari kienu fl-inġinerija, il-manifattura u l-bini.

Aqra iktar hawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend