Vettura tieħu n-nar f’Ħal Qormi – One News

Notifiki

Vettura tieħu n-nar f’Ħal Qormi

Ftit tal-ħin ilu vettura tat-tip Citroen kienet qed tiġi misjuqa f’Mrieħel Bypass f’Ħal Qormi meta s-sewwieq tal-vettura nnota li kien hiereġ duħħan mill-parti ta’ quddiem tal-vettura.

Jidher li l-vettura kellha xi ħsarat fil-magna u kawża ta’ hekk beda ħiereġ ammont ta’ duħħan bir-riżultat li ftit wara l-parti ta’ quddiem tal-vettura ħadet in-nar.

In-nirien ġew ikkontrollati fi żmien qasir hekk kif il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew infurmati mal-ewwel b’dak li kien seħħ.

Fortunatament ħadd ma weġġa’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend