L-aġenzija CABS sejħet għat-tmiem tal-istaġun tal-kaċċa għaliex qed issostni li qed issir kaċċa għal ċertu tip ta’ għasafar tul il-lejl, b’mod illegali.
L-għassiesa barranin qalu li fl-aħħar ġimgħatejn membri tagħha kienu għassa tul il-lejn, bejn il-23:00 u l-04:30, biex iżommu rendikont tal-ammont ta’ għasafar maqbuda f’ħinijiet mhux permessibbli.
Qalu li jemmnu li hemm madwar 82 sit fejn qed jintużaw mekkaniżmi biex jissejħu l-għasafar li mbagħad jinqabdu illegalment. CABS qalu li dan huwa d-doppju tal-ammont fl-2015 u kritikat in-nuqqas ta’ sorveljanza minn-naħa tal-ALE, unit tal-pulizija responsabbli mill-kaċċa u l-insib illegali.