Sistema ta’ interrogazzjoni rrekordjata f’diversi għases sal-aħħar tal-2016 – One News

Sistema ta’ interrogazzjoni rrekordjata f’diversi għases sal-aħħar tal-2016

Bħalissa qed isiru arranġamenti sabiex sa l-aħħar ta’ din is-sena fl-Għases ta’ Raħal Ġdid, l-Imtarfa, iż-Żejtun, il-Mosta u kif ukoll ġewwa l-Vittorja jew Sannat Għawdex se jkun hemm sistema ta’ interrogazzjoni rrekordjata kif mitlub mil-liġi.

Dan ħareġ meta l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, irrisponda għall-mistoqsija li għamel id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Azzopardi staqsa dwar kemm-il għassa u liema, apparti l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, huma mgħammra b’apparat biex l-interrogazzjonijietli jsiru bl-assistenza legali jkunu jistgħu jiġu rekordjati b’modawdjoviżiv.

Il-Ministru Abela qal li sadanittant kif inhi il-prassi, sakemm is-sistemi jiġu installati, l-interrogazzjonijiet se jibqgħu jsiru fil-Kwartieri Ġenerali, fejn dawn il-faċilitajiet diġà jeżistu.

Hu temm billi qal li l-għases oħra fejn ser jiġu mgħammra b’dawn is-sistemi se jiġu identifikati iktar il-quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend