Padiljun ġdid tal-judo – One News

Notifiki

Padiljun ġdid tal-judo

Tfal mimlija enerġija u entużjażmu biex jippratikaw l-isport tant għal qalbhom tal-judo.

Issa mhux biss se jmorru għat-taħriġ b’determinazzjoni li jirbħu l-kompetizzjonijiet, iżda wkoll b’serħan il-moħħ. Dan grazzi għal-faċilità tal-ogħla livell f’Pembroke.

It-Tnejn filgħaxija is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-qasam tal-Isports Chris Agius inawgura din il-faċilità li saret b’investiment ta’ mitt elf ewro.

L-ikbar sodisfazzjon kien fuq wicc il-president tal-federazzjoni tal-Judo Envic Galea li stqarr li wara stennija t’erbgħin sena din il-ħolma saret realtà.

Il-President ta’ Judo Malta, Envic Galea qalilna “Fl-aħħar irnexxilna bl-għajnuna tal-Ministeru tal-Isports biex intellaw din it-tinda u minn għada nibdew paġna ġdida.”

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius spjega li dan l-investiment mhux iżolat, iżda miegħu se jkunu qed jingħaqdu numru oħra t’investimenti sporitivi.

Minn nhar it-Tlieta stess din il-faċilità se tkun qed tilqa’ l-ewwel kompetizzjonijiet nazzjonali tal-judo. B’hekk sa fl-aħħar dawn it-tfal se jkunu qed jippratikaw l-isport tagħhom f’ambjent sigur.

Waqt din l-inawgurazzjoni spikka l-messaġġ imqanqal b’pożittività u rieda ta’ Father Hillary Tagliaferro li ħeġġeġ lit-tfal kollha jinvolvu ruħhom f’xi tip ta’ sports.

RitratT: DOI – Kevin Abela

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend