Malti fost l-għaxar finalisti tal-European Young Leaders 2017 | One News

Notifiki

Malti fost l-għaxar finalisti tal-European Young Leaders 2017

Il-Malti u membru tal-Partit Laburista, Aaron Farrugia, huwa ma’ fost l-aqwa għaxar Ewropej li s-sena d-dieħla ser ikunu qed jiddiskutu l-preżent u l-futur tal-Unjoni Ewropeja fl-isfond tal-isfidi li bħalissa għadejja minnhom.

Dan wara li ġew imħabbra l-għaxar finalisti tal-European Young Leaders għas-sena 2017 fost erbgħin finalist ieħor li ntgħażlu minn mijiet ta’ applikazzjonijiet. Inizjattiva li bdiet ħames snin ilu sabiex iġġib flimkien l-aħjar talent stabbillit madwar l-Ewropa f’ diversi oqsma fosthom imprendituri, akademiċi, politiċi, persuni fil-midja u kif ukoll rappreżentanti tas-Soċjetà.

Fost dawn l-għaxar persuni li ntgħażlu minn Bord ta’ ġurija, magħmula minn diversi persuni prominenti fl-Unjoni Ewropeja u l-Ġnus Magħquda fosthom l-Eks Prim Ministru taħt il-Patroċinju tal-President tal-Kummissjoni Ewropeja Jean Claude Juncker, kien hemm il-Malti Aaron Farrugia.

F’kumment ma’ onenews.com.mt Aaron Farrugia qalilna li huwa ta’ sodisfazzjoni għax fost dawk kollha li applikaw biex urew ix-xewa li jkunu parti minn din l-inizjattiva, Malta tinsab fost dawk li ntgħażlu. Farrugia qal li dan ifisser li “anke pajjiż bħal Malta qed iħares lejn il-quċċata tal-Unjoni Ewropeja”

Matul is-sena d-dieħla dawn l-għaxar finalisti ser jiltaqaw kemm ‘il darba sabiex flimkien jiddiskutu diversi affarijiet Ewropej.

L-għażla ta’ dawn l-għaxar finalisti kienet fost mijiet ta’ applikazzjonijiet li l-ewwel tniżżlu għall-erbgħin imbagħad għall-għaxra li fosthom kien hemm persuni li fil-preżent qed jippromettu, fost dawn hemm is-Sindku ta’ Ruma Virginia Raggi, l-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament Catalan Ines Arrimadas Garci, il-Membru Parlamentari u Shadow Minister Polakk Cezary Tomczyk fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend