Iktar minn 100 siġra tal-Milied f’dar waħda! – One News

Notifiki

Iktar minn 100 siġra tal-Milied f’dar waħda!

Huma ħafna dawk li jikkollezzjonaw affarijiet relatati ma’ xi ħaġa li jħobbu jew li jieħdu pjaċir jagħmlu, iżda min iħobb il-Milied u l-ispirtu li jġib miegħu, x’jikkollezzjona?

Id-dar ta’ Thomas u Susanne Jeromin – koppja mill-Ġermanja tidher pjuttost normali minn barra, bi ftit tiżjin bħalma mdorrijin naraw kważi ma’ kull dar.

Iżda minn ġewwa, għandha iżjed minn mitt siġra tal-Milied!

Siġar mżejna bi dwal, ornamenti u xejn inqas minn sittax –il elf boċċa mdendlin magħhom!

Il-kollezzjoni bdiet ta’ bla ħsieb, meta kienu jixtru siġra ġdida kull sena, iżda żdiedet b’mod sinjifikanti tul is-snin, biex issa dil-koppja Ġermaniża hija waħda simbolika fejn jidħol it-tiżjin tal-Milied fid-djar!

Jibdew jarmaw minn Ottubru, u jdumu xejn inqas minn tmien ġimgħat – b’darhom tkun miżgħuda bit-tiżjin f’kull kuritur u rokna li hemm – inkluż fil-kamra tal-banju!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend