Illum il-poloz taċ-Champions League – One News

Notifiki

Illum il-poloz taċ-Champions League

M’hemmx futbol milgħub iżda l-eċċitament ikun hemm xorta waħda. Illum jitilgħu il-poloz tal-fażi li jmiss taċ-Champions League. Il-fażi Knock Out, fejn telfa tfisser eliminazzjoni.

F’Nyon, f’nofsinhar, se jkun hemm żewġ urni; waħda bit-timijiet li ġew l-ewwel u oħra b’dawk li ġew it-tieni fil-grupp. Tal-ewwel jilagħbu kontra tat-tieni għalkemm hemm xi eċċezzjonijiet.

  • L-ebda tim ma jista’ jilgħab ma’ tim li kien miegħu fil-grupp
  • L-ebda tim ma jista’ jilgħab kontra tim mill-istess pajjiż
  • Dawk li rebħu l-grupp jilagħbu l-ewwel leg away (14/15 jew 21/22 Frar) u t-tieni logħba home. It-tieni leg tintlagħab home għal dawk li rebħu l-grupp. (7/8 jew 14/15 Marzu)

It-timijiet fil-polza huma:

Rebbieħa: Arsenal, Napoli, Barcelona, Atlético Madrid, Monaco, Borussia Dortmund, Leicester City, Juventus

It-tieni post: Paris Saint-Germain, Benfica, Manchester City, Bayern München, Bayer Leverkusen, Real Madrid, Porto, Sevilla

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend