Dikjarazzjoni ta' Trump tqajjem rabja fiċ-Ċina | One News

Notifiki

Dikjarazzjoni ta’ Trump tqajjem rabja fiċ-Ċina

Il-President elett tal-iStati Uniti Donald Trump staqsa jekk l-iStati Uniti għandhiex tkompli bil-politika tagħha msejħa One China. Liema politika kienet wasslet biex lura fl-1979, l-iStati Uniti qatgħu kull relazzjoni formali li kellhom mat-Tajwan.

Donald Trump qal li ma jarax raġuni għaliex din is-sitwazzjoni bejn it-Tajwan u l-Istati Uniti għandha tibqa’ hekk.

Dikjarazzjoni li qajmet rabja kbir fost il-midja Ċiniża, bil-Global Times wissiet lil Trump li l-politika ta’ One China ma tistax tiġi negozjata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend