Sejba ta' kilo kokaina fl-Ajruport | One News

Notifiki

Sejba ta’ kilo kokaina fl-Ajruport

Matul il-lejl li għadda, l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga arrestat mara  Sud Amerikana ta’ 25 sena .Il-mara ġiet arrestata mal-wasla tagħha ġewwa l-ajruport Nazzjonali ta’Malta. Ġie arrestat ukol Niġerjan ta’ 39 sena ,residenti Marsaskala, li allegatament huwa involut f’dan iċ-ċirku internazzjonali tad-droga.

Fil-pusses tal-mara instab  iktar minn kilo sustanza bajda, suspettata kokaina . Din kienet ha tigi mgħoddija lin-Niġerjan.

Iż-żewġ persuni mistennija jitressqu il-Qorti, taħt arrest,  għada filgħodu  quddiem il-maġistrat ta’ l-għassa, fejn il-mara ħa tiġi akkużata bl-importazzjoni u pusses aggravat tad-droga kokaina,kif ukoll talli assoċjat ruħha mat-terzi persuni sabiex l-istess droga tigi mportata u traffikata f’dawn il-gzejjer.

Filwaqt li n-Niġerjan sejjer jiġi  akkuzat b’assocjazzjoni fl-importazzjoni u traffikar tal-istess droga.

L-investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend