Iż-Żabbarin se jkollhom pitch aħjar għall-five-a-side – One News

Notifiki

Iż-Żabbarin se jkollhom pitch aħjar għall-five-a-side

Wara li għal snin twal tħalla fi stat t’abbandun, fix-xhur li ġejjin se jkun qed isir xogħol ta’ ristrutturar fuq il-pitch tal-5 a-side f’Ħaż Żabbar.

Dan grazzi għal fondi li ngħataw lis-St. Patricks’s Football Nursery mill-Iskema għal Proġetti t’Organizzazzjonijiet Volontarji. Il-President tal-istess Nursery Joe Baldacchino tkellem dwar kif b’dawn il-flus, se jingħata wiċċ ġdid lill-grawnd billi jinbidel kompletament il-ħaxix sintetiku.

Imdawra b’għexieren ta’ tfal li ta’ kuljum se jkunu qed jagħmlu użu minn dan il-grawnd, il-Ministru Helena Dalli fissret din id-donazzjoni bħala soluzzjoni li se twassal biex it-tfal ikollhom post iżjed sigur fejn jipprattikaw l-isport. Post li bix-xogħol ta’ ristrutturar li se jsir fih, se jintuża għal diversi għanijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend