FILMAT: Dan il-Milied dawn iċ-ċkejknin kienu se jibqgħu bla rigal… – One News

Notifiki

FILMAT: Dan il-Milied dawn iċ-ċkejknin kienu se jibqgħu bla rigal…

Ta’ kull sena fl-Amerka, il-pubbliku jista’ jlesti kaxxa taż-żraben u jimliha b’oġġetti differenti għal tfal li f’dan iż-żmien ta’ festi, dan jaf ikun l-unika rigal li jirċievu. Jispikka s-sens ta’innoċenza u t-tbissima fuq fomm dawn it-tfal li l-aktar oġġetti sempliċi nisslu fihom sens ta’ ferħ.

F’dinja li aktar kemm jgħaddi ż-żmien qed tonqos milli taprezza affarijiet sempliċi, filmati bħal dawn iżidu l-għarfien fost il-pubbliku li xi ħaġa żgħira, jaf tfisser ħafna għal dak iċ-ċkejken jew ċkejkna li xi kultant ikun diffiċli għalihom li jsibu x’jieklu matul il-ġurnata.

Din l-inizjattiva, ilha ssir mill-1993, u jkun fit-tielet ġimgħa ta’ Novembru li dawn il-kaxxi ta’ żraben jinġabru sabiex ikunu jistgħu jaslu għand dawn it-tfal. Sal-2016, se jkunu ingħataw 100 miljun kaxxa ta’ żraben mimlija rigali li jferħu liċ-ċkejknin f’130 pajjiż differenti,

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend